Il-logħba Cagliari vs Juventus se tkun waħda speċjali għal Massimiliano Allegri għax jekk Juventus jirbħu, se tkun il-100 rebħa fl-inqas numru ta’ logħbiet fl-istorja, 142, li se jmexxi lil Juventus minn fuq il-bank. Huwa tkellem fuq dan it-tragward u fuq il-futur tiegħu speċjalment fuq l-ispekulazzjonijiet li jista’ jingħaqad ma’ Arsenal.

“Il-futbol Taljan jibqa’ fost l-aqwa li hawn fid-dinja u fil-preżent qed jitilgħu plejers żgħażagħ interessanti ħafna. Rigward il-futur tiegħi ma nista’ qatt nikkonferma xi ħaga li lanqas teżisti jew xi ħaga li jien ma għedtha qatt.”

“Preżentement għandi kuntratt ma’ Juventus u ninsab verament kuntent ma’ dan it-tim. Baqgħalna xhur importanti għat-tmiem ta’ dan l-istaġun però kif jispiċċa ma tkunx problema li npoġġu bilqiegħda u nitkellmu dwar il-futur. It-tragward tal-100 rebħa ma tantx ħsibt fuqu għaliex il-miri tiegħi huma l-kampjonat u l-Uefa Champions League.”

“Nixtieq nagħmel 300-400 logħba oħra ma’ Juventus għaliex ninsab kuntent hawnhekk. Jekk nasal biex nitlaq lil Juventus, huma jkunu l-ewwel nies li jkunu jafu.”

Sors: Football Italia

dical-banner-1200×280