Il-klabb bi pjaċir iħabbar it-tiġdid tal-kollaborazzjoni ma’ waħda mill-aġenziji ewlenin fil-qasam tal-assigurazzjoni.

Peak Insurance Brokers għal sena oħra qed jgħinu lill-klabb tagħna billi joffru diversi servizzi li jipprovdu serħan il-moħħ matul is-sena.

Inħeġġu lill-membri kollha tal-klabb biex jikkuntattjaw lil Peak Insurance Brokers sabiex jiksbu informazzjoni dwar id-diversi poloz ta’ assigurazzjoni li joffru.

Fosthom is-servizzi offruti minn Peak hemm:

– Assigurazzjoni ta’ vetturi, kemm privati u anke dawk kummerċjali
– Assigurazzjoni fil-qasam marittimu
– Assigurazzjoni għad-djar
– Assigurazzjoni għas-saħħa
– Assigurazzjoni tal-ivvjaġġar
– Assigurazzjoni kummerċjali
– Assigurazzjoni għall-proprjetà

Għal aktar informazzjoni tista’ żżur is-sit www.peakins.com jew tibgħat email fuq mborg@peakins.com