Il-klabb jilqa’ lil Omajco Cleaners fil-grupp ta’ ditti rinomati li qegħdin jagħtu sapport lill-ikbar klabb Juventin barrani fid-dinja.

Omajco Cleaners hi ditta ferm popolari partikolarment fejn jidħlu servizzi ta’ tindif u oġġetti relatati. Barra minn hekk, matul is-snin Omajco speċjalizzaw ukoll fuq diversi prodotti li huma konvenjenti għall-użu ta’ kuljum fid-djar jew l-uffiċċji.

Il-Kumitat jirringrazzja lil Omajco Cleaners tal-fiduċja tagħhom fina u jħeġġeġ lill-membri kollha biex jagħmlu użu mis-servizzi offruti minn din il-kumpanijja.

Żur il-paġna tal-Facebook tal-Omajco.