Hekk kif kompla jgħaddi s-sajf u issa dħalna fix-xahar ta’ Awwissu, il-Juventini qed iħossuhom li qegħdin imdendlin rigward Pogba. Ilna sajf sħiħ nisimgħu li Pogba ħa jitlaq għal somma rekord ta €120 miljun. Sajf b’ħafna jittamaw li Pogboom ħa jibqa’ magħna.

Però Pogba xejn mhu jagħmilha faċli u ħafna qed isostnu li din mhix maturità kalċistika. Ilu xahar sħiħ jitfa’ l-botti fuq Twitter, Instagram u Facebook, botti li qed joħolqu ħafna mistoqsijiet fost il-partitarji Juventini, kif ukoll ma’ dawk tal-United.

Mingħajr ma nonqos mir-rispett lejn Manchester United, naħseb dan il-pass ta’ Pogba f’dan iż-żmien jaf ikun ta’ żball għalih kalċistikament. Bla dubju l-paga doppja li kapaċi joffru l-United mhux se nidħol fiha, però fil-karriera ta’ Paul, li jmur jilgħab fl-Ewropa League naħseb f’dan il-mument mhux idea tajba speċjalment bil-proġett ambizzjuż li qed joffru Juventus li anke jkunu poter fiċ-Champions League.

Taħsbu li din hi attitudni xierqa li qed jagħmlu Pogba u l-aġent tiegħu, fejn qed iżommuna mdendlin b’dan l-mod?

[playbuzz-item url=”//www.playbuzz.com/juventusmalta10/xse-jkun-il-futur-ta-paul-pogba”]

dical-banner-1200×280