Partita frustranti għall-Portugall, li minkejja li ddominaw naqsu milli jegħlbu lill-Awstrija f’logħba li fiha saħansitra kellhom xutt minn penalti ta’ Cristiano Ronaldo jaħbat mal-lasta u gowl skurjat mill-istess attakkant jitħassar għal offside.

– B’128 cap, Cristiano Ronaldo sar l-iktar plejer capped għall-Portugall u qabeż lil Luis Figo.
– L-Awstrija kien ilhom 13-il logħba ma jżommu clean sheet f’turnew maġġuri.
– Fl-ewwel taqsima Cristiano Ronaldo waqqaf rekord ġdid. B’91 xutt s’issa, hu l-iktar plejer li xxuttja fl-istorja tal-fażi finali tal-EURO, 39 iktar minn Thierry Henry.
– Cristiano Ronaldo fil-preżent hu l-iktar plejer li ta xuttijiet iżda falla milli jiskurja.
– Il-Portugall kien ilhom mil-logħba tal-2004 kontra l-Ingilterra ma jkollhom daqstant xuttijiet fl-ewwel taqsima (13) mingħajr ma jiskurjaw.
– Din kienet l-ewwel darba li Cristiano Ronaldo falla penalti f’turnew maġġuri fil-ħin regolamentari.
– Cristiano Ronaldo falla milli jiskurja 4 mill-aħħar 5 penaltis għal pajjiżu (esklużi l-penalty shootouts).
– Cristiano Ronaldo waħdu pprova iżjed xuttijiet fl-EURO 2016 (20 xutt, 0 gowls) minn 9 skwadri nazzjonali oħra.

dical-banner-1200×280