It-Tlieta 14 ta’ Frar rajna żewg logħbiet mill-fażi tal-aħħar sittax. Rajna r-rebħa ta’ Benfica fuq Dortmund bl-iskor minimu ta’ 1-0 minn Mitroglou, wara li fl-ewwel taqsima, Aubemayang falla li jġib id-draw wara li falla penalty. Fir-ritorn ġewwa l-Ġermanja żgur ħa nistennew logħba sabiħa fejn Borussia jippruvaw idawru r-riżultat biex b’hekk jgħaddu għall-kwartifinali.
Fl-14 ta’ Frar rajna wkoll l-umiljazzjoni ta’ Barcelona minn taħt idejn PSG. Spikkat doppjetta ta’ Di Maria, eks Real Madrid. Iż-żewġ gowls l-oħra waslu minn Draxler li qed ikollu logħbiet tajbin ħafna ma’ PSG wara li ngħaqad magħhom f’Jannar. L-aħħar gowl wasal mis-solitu Cavani li probabbli kien l-aħħar daqqa ta’ stallett għal Barcelona ta’ Messi. Lezzjoni ta’ futbol lil Blaugrana, li nistgħu ngħidu li hija storja magħluqa fil-Camp Nou.
L-Erbgħa 15 ta’ Frar rajna jiġu skurjati 10 gowls, 6 minnhom fil-logħba bejn Bayern Munich u Arsenal, fejn it-tim ta’ Londra spiċċa nistgħu ngħidu barra miċ-CL wara li safa umiljat bl-iskor ta’ 5-1. Fl-ewwel taqsima r-rizultat intemm bl-iskor ta’ 1-1 b’gowls ta’ Robben għal Bayern u Sanchez għal Arsenal. Imma fit-tieni taqsima, Arsenal ma dehrux u kien aħjar li baqgħu fid-dressing room hekk kif doppjetta ta’ Alcantara, gowl ta’ Lewandowski u Muller, tefgħu għal kollox lil Arsenal barra mit-taqtigħa.
U fil-loghba l-oħra, t-tim Taljan ta’ Napoli tilef bl-iskor ta’ 3-1 kontra ċ-Champions ta’ Real Madrid. Kienu l-istess Napoli li fetħu l-iskor, bil-firma tan-Naplitan Insigne. Imma għaxar minuti wara kien Benzema li ġab id-draw. Fit-tieni taqsima gowl ta’ Kroos u Ewro-gowl ta’ Casemiro rebbaħ din it-taqtigħa lir-Real Madrid. Riżultat mhux magħluq għax bl-għaqal kollu, Napoli jistgħu jgħaddu hekk kif fis-San Paolo jistgħu jagħmlu sorpriża jekk jiskurjaw 2 gowls biss.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com
Ħalli Kumment