Wales kisbu rebħa storika ta’ 3-0 fuq ir-Russja, li fissret li dawn tal-aħħar ġew eliminati mill-EURO 2016 bl-aħħar post ta’ Grupp B.

– Wales sar l-ewwel nazzjon debuttanti li rebaħ il-grupp sa mill-Iżvezja, fl-1992.
– Gareth Bale kellu 12-il xutt lejn il-lasta matul il-EURO 2016. Sa mill-1980, kien biss Michel Platini fl-1984 li ta iżjed xuttijiet lejn il-lasta (15).
– Gareth Bale hu l-ewwel plejer li skurja f’kull logħba mill-gruppi fl-istess edizzjoni sa minn Van Nistelrooy u Baros fl-2004.
– Gareth Bale sar l-iktar plejer li skurja għal Wales f’turnew maġġuri.
– Fl-ewwel taqsima, Wales kellhom 9 xuttijiet lejn il-lasta avversarja. Żewġ xuttijiet biss inqas mill-11 ta’ Franza fit-tliet logħbiet tal-EURO 2016.
– Wales skurjaw l-iżjed ammont ta’ gowls fl-ewwel taqsima tal-EURO 2016.
– Wales laħqu l-fażi tan-Knockout fl-unika darba oħra li ħadu sehem f’turnew maġġuri, jiġifieri t-Tazza tad-Dinja tal-1958.

dical-banner-1200×280