Dro diżappuntanti għall-Ingilterra kontra s-Slovakkja, b’dawn tal-aħħar li qattgħu l-logħba jaqilgħu ġo fihom imma b’mod effettiv biex ikkundannaw lill-Ingliżi għat-tieni post fi grupp B.

– Għal Rooney din kienet l-20 logħba li lagħab f’turnew maġġuri. Iżjed minnu hemm biss Ashley Cole u Steven Gerrard bi 22.
– 7 mill-aħħar 8 logħbiet tal-Ingilterra kontra s-Slovakkja waslu wara s-60 minuta.
– L-Ingilterra kien ilhom sa mil-logħba tat-Tazza tad-Dinja tal-1980 kontra Spanja ma jagħmlu 6 tibdiliet mil-logħba ta’ qabel. Dakinhar kienu rebħu 2-1 lil Spanja.
– L-unika darba oħra li l-Ingilterra lagħbu fil-Geoffrey-Guichard Stadium, huma kienu ġew dro ta’ 2-2 kontra Spanja (u tilfu bil-penaltis) fit-Tazza tad-Dinja tal-1998.

dical-banner-1200×280