L-Ispanjoli ddominaw għal kollox lit-Turkija biex il-Ġimgħa filgħaxija għelbuhom 3-0 minn doppjetta ta’ Álvaro Morata u gowl ta’ Nolito.

– Spanja qalgħu biss gowl fl-aħħar 11-il logħba f’edizzjonijiet tal-EURO, jiġifieri dak skurjat minn Antonio Di Natale f’Ġunju tal-2012. Dan ifisser li d-difiża tagħhom mhix megħluba għal 18-il siegħa u 18-il minuta.
– Il-karta safra li qala’ Sergio Ramos wara 58 sekonda kienet l-iktar waħda li waslet kmieni sa mis-safra li kien qala’ Aleksandrs Isakovs tal-Latvja wara 40 sekonda fil-logħba kontra l-Ġermanja fl-2004.
– Nolito sar il-35 skorer differenti għal Spanja fl-EURO, l-iktar fl-istorja tal-kompetizzjoni Ewropea.
– Gerard Piqué kien l-uniku plejer li ma messx il-ballun fl-azzjoni li wasslet għall-aħħar gowl.
– It-telfa għat-Turkija kienet l-ikbar waħda sa minn telfa identika ta’ 3-0 kontra d-Danimarka fl-EURO 1996.

dical-banner-1200×280