Gowls: Gimenez (U)
Karti Sofor: Trezeguet, Hegazy (E)
Plejer tal-logħba: Godin (U)

Fis-siegħa ta’ waranofsinhar ġewwa Central Stadium, Yekaterinburg, intlagħbet it-tieni partita minn grupp A bejn l-Eġittu u Urugwaj.

Sorpriża hekk kif Salah ġie eskluż mil-lista tal-ewwel ħdax għall-Eġittu anke jekk fost il-ħafna sapporters Eġizzjani kien hemm entużjażmu kbir biex jaraw lill-Farawni l-ġdid tagħhom.

Logħba kwieta ferm biż-żewġ timijiet jippruvaw jirbħu l-pussess tal-ballun. Fil-fatt l-ewwel attakk denju ġie min-naħa tal-Urugwaj fit-23 minuta meta l-ballun jiġi għand Cavani, jaqbeż żewġ plejers, jixxuttja xutt perikoluż li madankollu jsib ras Hegazy li jitfa’ l-ballun f’corner.

Mill-corner, il-ballun jasal għand Suarez li minn quddiem il-goalkeeper El Shanawy jfalli u jolqot ġenb ix-xibka. Il-logħba kompliet fuq l-istess xejra tal-bidu tal-partita sakemm ir-referee saffar għal tmiem l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima, il-logħba bdiet mill-ewwel iktar offensiva min-naħa tal-Urugwaj, fejn fis-47 minuta, ballun jasal għand Suarez, jirnexxilu jegħleb il-konfront mal-attent Hegazi, madankollu din id-darba jsib lil El Shanawy li b’save sabiħ iżomm ir-riżultat ta’ 0-0.

Madankollu, żewġ minuti wara, naraw telfa importanti għall-Eġittu meta Hamed, li kien qed imexxi l-midfield tal-Afrikani waħdu, spiċċa jweġġa’ u minfloku jidħol Morsy.

L-Urugwaj ukoll għamlu żewġ sostituzzjonijiet meta Cristian Rodriguez u Sanchez daħlu jilagħbu minflok Nandez u De Arrascaeta. Dawn iż-żewġ tibdiliet ġabu magħhom iktar mentalità offensiva għall-Urugwaj.

Imma fl-74 minuta jkun il-captain tal-Eġittu Fathy li sab pass jasal f’saqajh, jixxuttja xutt b saħħtu ħafna però Muslera jirrispondi b’save xejn inqas sabiħ.

Minuta wara, Suarez għal darb’oħra jerġa’ jfalli li jiskurja. Fit-83 minuta, xutt b’saħħtu ta’ Cavani mill-ġenb tal-kaxxa jiġi mdawwar f’corner minn El Shanawy.

Biex fid-89 minuta l-istess Cavani jagħti freekick li jsib ruħu stampat mal-lasta l-leminija.

Però din il-lasta ma tantx damet fuq moħħ l-Urugwaj meta minn freekick ta’ Sanchez, Gimenez jogħla fuq id-difensuri tal-Eġittu u jitfa’ fix-xibka qalb il-briju tal-partitarji u l-plejers tal-Urugwaj.

Skor finali: Egittu 0 , Urugwaj 1.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280