Gowls: Quintero (K), Kagawa, Osako (G)
Karti Sofor: Barrios, Rodriguez (K), Kawashima(G)
Karti Ħomor: Carlos Sanchez (K)
Plejer tal-logħba: Osako(G)

Ġewwa Mordovia Arena, il-Ġappun japproffitaw mill-wirja diżappuntanti tal-Kolombja, li lagħbu logħba sħiħa b’10 plejers. Il-Ġappuniżi bdew fuq l-attakk mal-ewwel u fit-3 minuta, xutt ta’ Osako sab lil Ospina li jilqa’ b’save sabiħ biex ftit sekondi wara, Osako jerġa’ jixxuttja, b’Ospina jilqa’ u mir-rebound Kagawa jixxuttja. Il-ballun jispiċċa jaħbat ma’ idejn Sanchez bir-referee ma jaħsibix darbtejn biex jurih il-karta ħamra. Mill-penalty sussegwenti Shinji Kagawa jagħmilhom 1-0. Fit-13-il minuta, ċans għal Falcao biex iġib id-draw imma x-xutt tiegħu jsib lil Kawashima attent li jagħmel save mill-isbaħ. Fil-15-il minuta, Kagawa jqassam lejn Inui li jitfa’ ftit ‘il barra. Fl-20 minuta, Cuadrado b’ċans tad-deheb imma jsib lid-difensur Shibasaki attent li b’tackle jisraq il-ballun. Fis-37 minuta, Hasebe jwaqqa’ lil Falcao fit-tarf tal-kaxxa u mill-freekick suċċessiv, Quintero jitfa’ l-ballun minn taħt il-barriera gox-xibka, b’Kawashima viċin li jilqa’ fuq il-linja.

Fit-tieni taqsima naraw lill-Ġappuniżi joħorġu aktar offensivi. Fl-54 minuta, Osako jirċievi pass fil-kaxxa, li bla ebda ħsieb jixxuttja, bil-Kolombjan Ospina jilqa’ f’corner. Fis-57 minuta, Inui jirċievi ballun fit-tarf tal-kaxxa, jixxuttja u għal darb’oħra, Ospina bravissimu li jżomm ir-riżultat fi draw. Però l-Kolombjani ma kellhomx ħajja twila, hekk kif fit-73 minuta, mill-corner ta’ Honda, Osako b’daqqa ta’ ras jsib il-ballun jegħleb lil Ospina għall-iskor ta’ 2-1. Fit-78 minuta, ċans tajjeb għal Rodriguez li minn cross jsib id-daqqa ta’ ras tiegħu perikoluża mdawra f’corner. Fil-ħinijiet finali tal-partita, il-Ġappun ingħalqu sew biex kisbu t-3 punti.

Skor Finali: Kolombja 1, Ġappun 2

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280