Gowls: Bouhaddouz OG (I)
Karti Sofor: El Ahmadi (M), Shojaei, Jahanbakahsh, Ansarifard (I)
Plejer tal-loghba: Beiranvand (I)

Marokk kontra Iran fetħet il-kompetizzjoni fi Grupp B ġewwa St.Petersburg, b’dawn tal-aħħar jieħdu tliet punti storiċi.

Iż-żewġ timijiet fittxew l-ewwel tliet punti importanti anke jekk forsi fl-ewwel taqsima l-Marokk dehru iktar għatxana, igawdu 60% tal-pussess, imma l-Iran żammew iebes billi kienu ferm attenti fid-difiża u jilagħbu bil-kontrattakk.

Fil-fatt kienu l-Marokk li ħarġu fuq l-offensiva hekk kif fir-4 minuta Amrabat jagħti kross li jsib lil Belhanda imma l-ballun imur barra.

Iktar ma għadda l-ħin iktar bdejna naraw lill-Marokk javvanzaw sakemm fid-19-il minuta rajna taħwida sħiħa fil-kaxxa, bix-xutt ta’ Belhanda jiġi milqugħ mill-goalkeeper Beiranvand. Il-ballun jiġi difiż ħażin, jiġi f’saqajn Benatia li madankollu jerġa’ jsib lil Beiranvand li jitfgħu f’corner.

Qabel tmiem l-ewwel taqsima, naraw kontrattakk veloċi tal-Iranjani fejn Azmoun ħarab jiġri waħdu, bix-xutt jiġi salvat minn Munir b’siequ, ir-rebound taqa’ għand Jahanbakahsh imma jerġa’ jkun Munir li jdawwar f’corner.

It-tieni taqsima rajna partita biż-żewġ timijiet iżommu bażikament l-istess tattika, però din id-darba naraw iktar fawls tattiċi u ħafna aggressività miż-żewġ naħat.

Fit-80 minuta naraw lill-Marokk imorru viċin ħafna tal-gowl, meta f’azzjoni, Harit iniżżel lejn Ziyach li b’xutt b’saħħtu għal ftit ma għelebx lil Beiranvand li madankollu jwieġeb b’save sabiħ u tefa’ l-ballun f’corner.

Hekk kif deher li kollox kien spiċċa, Sofyan Amrabat iwaqqa’ lil Ghoddos u mill-istess freekick, daqqa ta’ ras ta’ Bouhaddouz tispiċċa tegħleb ghalkollox lil Munir.

Diżappunt kbir għall-Marokk, hekk kif issa jidher impossibbli li jġibu xi punti fil-logħob kontra l-Portugall u Spanja

Skor finali: Marokk 0, Iran 1

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280