Gowls: Krychowiak (P), Cionek OG, Niang (S)
Karti Sofor: Krychowiak (P), Sane, Gueye (S)
Plejer tal-logħba: Niang (S)
Ġewwa Otkrytiye Arena f’Moska, is-Senegal jirreġistraw l-ewwel rebħa Afrikana fl-ewwel rawnd tal-gruppi kontra tim Ewropew, il-Polonja.
F’logħba verament bilanċjata, il-logħba kienet maqsuma bis-Senegaliżi jiffokaw difensivament fuq Koulibaly u fuq il-fażi offensiva, b’Mane joffri l-maġija. Fil-fatt wara 18-il minuta logħob, is-Senegal resqu viċin il-gowl mill-plejer tal-logħba Niang meta huwa falla ċans tad-deheb u tefa’ barra.
Il-logħba baqgħet sejra fuq l-istess ritmu, kwieta mill-attakki, sakemm fis-37 minuta, b’azzjoni offensiva tas-Senegal fejn b’xutt li jaħbat ma’ Cionek li tellef il-bilanċ tal-gowler Juventin Szczęsny, is-Senegal kisbu l-vantaġġ. B’hekk intemmet l-ewwel taqsima bl-iskor ta’ 1-0 għall-Afrikani.
Fit-tieni taqsima, il-Pollakki kienu immedjatament perikolużi, meta minn freekick ta’ Lewandowski, N’Diaye jġib save mill-isbaħ. Però fis-60 minuta, is-Senegal irdoppjaw permezz ta’ Niang wara żball ta’ Szczęsny. Fis-70 minuta, il-Pollakki kellhom ċans li jnaqqsu d-distakk meta Milik jirċievi l-ballun fil-kaxxa u b’first timer jitfa’ barra bi ftit mal-lasta tal-lemin. Biex hekk kif konna resqin lejn tmiem il-logħba, Krychowiak naqqas id-distakk, meta minn freekick ta’ Grosicki, id-difiża aljenata ta’ Senegal ma rnexxiliex timmarka lill-Polakk.
Skor Finali; Polonja 1, Senegal 2.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com