Gowls: Fathy OG, Cheryshev, Dyzuba (R), Salah (E)
Karti sofor: Smolov (R), Trezeguet (E)
Plejer tal-logħba: Cheryshev (R)

Russi jniżżlu isimhom bħala l-ewwel tim li għadda għall-fażi li jmiss fit-Tazza tad-Dinja 2018 meta huma għelbu lill-Eġittu bl-iskor ta’ 3-1, bl-Afrikani pass ‘il bogħod li jiġu eliminati.

Kienu l-Afrikani li ħarġu b’mod offensiv bil-għan li jaħsdu l-ospiti. Kien fis-17-il minuta li Trezeguet jixxuttja b’mod batut u ma jsibx ix-xibka. Fid-19-il minuta, Samedov jixxuttja minn tarf il-kaxxa, fejn dan imur għoli fuq il-lasta. Fit-33 minuta, Abdelshafy jitfa’ cross b’Salah jistenna li jitfa’ fix-xibka imma Zhirkov kien attent biex jitfa f’corner. Biex b’hekk tispiċċa taqsima vera bbilanċjata u divertenti.

Fit-tieni taqsima, ir-Russi jmorru mill-ewwel fil-vantaġġ fejn b’xutt ta’ Zobnin, Fathy jipprova jiddefendi kif jista’ imma jispiċċa jitfa’ l-ballun fix-xibka tiegħu stess. Biex għaxar minuti wara, Fernandes iqassam fil-baxx ġol-kaxxa b’Denis Cheryshev jitfa’ f’nofs ix-xibka u r-Russja jirduppjaw. Imma r-Russi ma qagħdux lura hekk kif fit-62 minuta, Dyzuba b’xutt fil-baxx jegħleb għal darb’oħra lil El Shanawy. Però l-Eġizzjani ma qagħdux lura biex jattakkaw hekk kif fis-67 minuta Salah iqassam lejn Trezeguet imma x-xutt tiegħu jmur barra. Fit-73 minuta, Salah inaqqas id-distakk meta jiskurja penalty wara li ġie mwaqqa’ hu stess. L-Eġittu baqgħu jagħfsu imma r-Russi ddefendew sew.

Skor Finali: Russja 3, Eġittu 1.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280