Gowls: Gazinsky, Cheryshev x 2, Dyzuba, Golovin (R)
Karti Sofor: Golovin (R), Al Jassim (AS)
Plejer tal-logħba: Golovin (R)

Bdiet fuq nota pożittiva l-mixja tar-Russi fit-Tazza tad-Dinja li qed issir ġewwa darhom. Illum f’Moska fil-grawnd ta’ Luzhniki Arena, ir-Russi rebħu bl-iskor ta’ 5-0.

Ir-Russi fetħu l-iskor fit-12-il minuta meta minn corner, id-difiża ineżistenti tal-Arabja Sawdija ma ħelsitx sew mill-ballun, li ġie f’saqajn Zhirkov, qassam lejn Golovin li bi cross tajjeb ħafna sab ras Gazinsky li faċilment għeleb lill-goalkeeper Abdullah.

Fil-21 minuta, l-Arabja Sawdija resqu viċin li jġibu d-draw meta cross ta’ Al Dawsari jasal fuq Al Sahlawi li madankollu ma jirnexxilux isib ix-xibka wara intervent tajjeb tad-difensur Russu Kutepov.

Ftit minuti wara, ir-Russi kellhom jibdlu lil Alan Dzagoev wara li dan tal-aħħar ġibed il-hamstring. Minfloku daħal Cheryshev li ħalla impatt kbir. Eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima, pass ta’ Zobnin sab lil Cheryshev li b’finta waqqa’ żewġ difensuri quddiemu u b’xutt b’saħħtu sab is-saqaf tax-xibka biex b’hekk għamilhom 2-0.

It-tieni taqsima kienet bla storja, hekk kif l-Arabja Sawdija ma qabdux art u kieni r-Russi li baqgħu jfittxu t-tielet gowl. Fis-70 minuta, Smolov ħareġ flok Dyzuba, li minuta biss wara rnexxielu jsib ix-xibka b’daqqa ta’ ras stupenda oħra wara assist perfett tas-solitu Golovin.

Hekk kif deher li l-logħba spiċċat, fil- 91 minuta, Dyzuba jqassam ballun lejn Cheryshev li avvanza u b’xutt bin-naħa ta’ barra taż-żarbun sab ix-xibka b’Abdullah megħlub għalkollox. Finalment fit-93 minuta, eżatt qabel tmiem il-partita, Golovin meritatament sab ix-xibka wara freekick stupend.

Skor finali: Russja 5 , Arabja Sawdija 0.

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280