Matul dan l-istaġun Juventus dejjem batew fil-partiti tas-Serie A li ntlagħbu eżatt wara partita tal-UEFA Champions League. Fil-fatt, qabel id-derby della Mole, il-bilanċ għall-Bianconeri kien juri hekk:
18.09.2016: Inter 2-1 Juventus (wara Juventus-Sevilla)
2.10.2016: Empoli 0-3 Juventus (wara Dinamo Zagreb-Juventus)
22.10.2016: Milan 1-0 Juventus (wara Lyon-Juventus)
6.11.2016: Chievo 1-2 Juventus (wara Juventus-Lyon)
27.11.2016: Genoa 3-1 Juventus (wara Sevilla-Juventus)
Wieħed mill-ewwel jinnota bl-effett li l-kompetizzjoni Ewropea kellha fuq il-kampjonat ta’ Juventus. Dan hekk kif il-punti kollha li t-tim ta’ Allegri tilef ġew kollha wara partita taċ-Champions League. Apparti minn hekk, jidher li kull sfida iebsa li Juventus kellhom wara logħba Ewropea spiċċaw tilfuha. Ilkoll nafu li kontra Milan u Inter qatt mhi sfida banali, u Genoa f’darhom qatt mhu faċli li tegħlibhom.
Madankollu, wara l-partita kontra Dinamo Zagreb, waslet rebħa f’logħba taħraq bħad-derby ta’ Turin. Dan jawgura tajjeb għax-xhur li ġejjin fejn nittamaw li waqt li jkomplu javvanzaw fil-UEFA Champions League, Juventus iżommu kontroll fuq is-sitt Scudetto konsekuttiv.
Proset Dylan. Artiklu nteressanti.