Wara ħafna trasferimenti kbar li għamlu Juventus dan is-sajf fosthom Gonzalo Higuaín, Miralem Pjanić u Dani Alves. Se jispikkaw? Jew se jerġa’ jkun xi ħadd ieħor mhux mistenni li jkun il-protagonist tal-istaġun?

Buffon bejn il-lasti? Sigurtà mija fil-mija. Ħajt sigur, li għalkemm kbir fl-età xorta waħda jibqa’ jarmi saħħa li m’hawnx bħalha. Bla ebda dubju, kull Juventin rasu mistrieħa minn dan il-leġġenda tal-futbol. Kemm se jibqa’ konsistenti dan ir-raġel? Imma dan il-gowlkiper vera se jsir l-aqwa ta’ kull żmien? Jgħaddi żmien u jibqa’ jissorprendi. Erbgħin sena dalwaqt u Ġiġi Buffon sena wara l-oħra baqa’ wieħed mill-aqwa gowlkipers fid-dinja. Impressjonanti l-fatt li baqa’ wieħed mill-aqwa fatturi fl-iskwadra Juventina għalkemm staġun wara l-ieħor isiru ħafna trasferimenti kbar.

Buffon li baqa’ jissorprendi. Buffon li baqa’ leali. Buffon li jagħti qalbu, il-leġġenda, il-bandiera bajda u sewda. Buffon se jerġa’ jkun il-protagonist?

dical-banner-1200×280