Għodwa iebsa għall-Juventini. Għodwa li se ddum ma tgħaddi. Għodwa li għal ħafna, hija l-isbaħ ġurnata tal-ġimgħa għax qamu ferħanin. Imma għalina hija għodwa li nkunu kburin, maħruqin jew imdejqin?

Lejl indimentikabbli, bilfors. Spirtu ta’ skwadra eċċezzjonali. Qalb kbira, passjoni u motivazzjoni. Ġo grawnd eżawrit minn sapport fenomenali. 45 minuta u Juventus jidħlu jistrieħu 2-0 fil-vantaġġ. Maġija ta’ Morata u rigal żgħir minn Manuel Neuer.

65 minuta u tasal it-tieni sostituzzjoni ta’ Juventus. Jidħol jilgħab il-Kroat Mandžukić u jistrieħ il-plejer tal-logħba Álvaro Morata. Episodju li għal ħafna kien żball u mossa ħażina minn Max Allegri. Juventus imutu. Attakki mill-inqas u l-grinta fl-attakk tonqos. Mandžukić kellu jidħol? Jew kienet il-logħba ta’ Zaza? Kien żball ta’Allegri?

Però, għal dawk li jaħsbu li kien tort t’Allegri, insejtu li dan l-istess kowċ ħareġ b’difensur xellugi avvanzat u bi trekwartista fil-logħba ta’ Pirlo? Ħareġ igawdi n-nuqqas tal-maġija ta’ Dybala, il-grinta ta’ Chiellini u l-ħidma ta’ Marchisio. Ħaqqu kliem ta’ tmaqdir Max Allegri? Kemm aħna leali lejn dan il-kowċ? Huwa sew li nwaħħlu kollox fih?

It-tort t’Allegri, jew konna traskurati?

Segwina wkoll fuq Facebook, fil-paġna uffiċjali tagħna, kif ukoll fuq Instagram u Twitter.