38 sena u jibqa’ juri lid-dinja kollha li hu n-numru wieħed ta’ kull żmien. Mistoqsija waħda fuq fomm kulħadd: kemm baqagħlu jilgħab? Sentejn oħra żgur.

Staġun ieħor impekkabbli li mhu se jintesa’ qatt. Staġun li beda iebes u li spiċċa indimentikabbli. Lejn iktar minn nofs l-istaġun waqqaf rekord ta’ 930 minuta imbattibbli, biex qabeż lil Rossi ta’ Milan u Zoff ta’ Juventus.

Rekord li faħħritu d-dinja kollha, rekord li ta’ goalkeeper ta’ 38 sena, żgur li għamlitu leġġenda fid-dinja tal-futbol. Rekord eċċezzjonali li twaqqaf fid-derby kontra Torino minn penalti ta’ Bellotti.

Save wara save u prestazzjoni aqwa mill-oħra. Kien imiss il-logħba kontra Milan ġewwa San Siro, deċiżiva għall-ġirja tal-kampjonat. Fl-istess logħba Buffon wettaq tnejn mil-ikbar saves fil-kampjonat u anke fil-karriera, id-darbtejn fuq Mario Balotelli. F’dik il-logħba ġie vvutat ukoll l-aqwa plejer tal-logħba.

Buffon, il-captain, il-bandiera, il-leġġenda. Staġun fenomenali. Il-kbir naħseb li għadu ġej!