L-akkwist perfett. Wieħed mill-aqwa trasferimenti li seħħew fl-Ewropa matul is-sajf li għadda. Pjan bellezza għall-futur mid-diriġenza Juventina. Brażiljan eċċellenti, li jagħmel xogħol impekkabbli u ħeffa kbira. Huwa ta’ aħbar ħażina għal Patrice Evra, li maż-żmien jaf jitlef postu mal-ewwel ħdax.

Staġun kbir fid-debutt tiegħu ma’ Juventus. Kien ta’ għajnuna kbira għall-attakkanti u għeleb ħafna ostakli fid-difiża, kemm fl-Italja u kemm fl-Ewropa. Wara ħafna żmien issejjaħ mal-iskwadra nazzjonali tal-Brażil mill-kowċ Dunga. Bla dubju kulħadd ċert li huwa difensur laterali komplut.

Iljun Brażiljan, mhux kiefer però jniggeż. Responsabbli u b’saqajh tajjeb ferm. Il-futur fid-difiża jista’ jinbena fuqu.