Għalkemm forsi ma tantx ikun protagonist, xorta jibqa’ l-fatt li Barzagli kellu staġun mill-aqwa. Xogħol impekkabbli u l-passi kbar li għamel minn Wolsfburg għal ma’ Juventus huma eċċezzjonali. Difensur responsabbli u rari traskurat f’xogħlu.

Spikka wkoll fl-Ewropa, fil-UEFA Champions League meta għeleb ostakli bħal Sergio Aguero, Robert Lewandowski u iktar. L-umiltà wasslitu fejn qiegħed illum. Raġel kbir u b’karattru mill-aqwa. Il-5 kampjonat konsekuttiv ma’ Juventus u t-tieni Coppa Italia.

Jikber u jitjieb, jimmatura u jissaħħaħ. Barzagli bħall-inbid? Il-ħajt Juventin!