Kulħadd jaqbel li dan huwa l-iktar player li jaħdem matul id-90 minuta. Ħabrieki, ma jiqafx u jħalli ħafna xogħol bis-saħħa tiegħu. Konsistenti fil-maġġoranza tal-istaġun, speċjalment f’logħob kruċjali.

Staġun li beda tajjeb, kompla jitjieb iżda li ntemm fuq nota ħażina ħafna għalih. Wera kemm hu kapaċi jieħu t-tmexxija ta’ nofs il-grawnd f’idejh. Però mhux kollox huwa ward u żahar. Sofra waħda mil-ikreh injuries li teżisti. Sfortunat? Xi ftit iva però ċert li se jerġa’ jkun kruċjali fl-inqas żmien possibbli. Dak li ma jkissrekx jagħmlek iżjed b’saħħtek, u Marchisio l-istess. Il-prinċep lest li jerġa’ jieħu t-tron f’idejh.

Kollox jgħaddi, kollox jinbidel. Se jerġa’ jkun b’saħħtu dalwaqt u jpaxxina bil-logħob tiegħu. Jinħass immens f’nofs il-grawnd u kull Juventin iħoss in-nuqqas tiegħu. Jirritorna daqt!