Staġun pjuttost kwiet għall-Franċiż Juventin, staġun ftit inqas effettiv mill-oħrajn. Il-ġiri mal-linja xorta ma waqafx u fforma ftehim tajjeb fil-logħob ma’ sieħbu l-Franċiż, Paul Pogba. Flimkien offrew logħob sabiħ. Però kulħadd stenna iżjed mid-difensur Franċiż għalkemm l-età wkoll qed tagħmel xi ftit tagħha.

Fattur li affettwa lil Evra din is-sena żgur mhux forsi kien l-akkwist tal-Brażiljan, Alex Sandro. Dan tal-aħħar ngħaqad ma’ Juventus fis-sajf li għadda u kien ta’ effett kbir għal Juventus, akkwist tajjeb ħafna.

Jista’ jkun li Sandro jagħti daqqa ta’ ħarta lil Evra fiż-żmien li ġej u jħalli effett negattiv fuq il-Franċiż. Però kollox qed jindika li Patrice Evra jiffirma kuntratt ieħor li jorbtu ma’ Juventus.

Staġun kwiet però mhux mejjet. Inqas effettiv però t-tigra Franċiża mhux se tmut anzi żgur li se terġa’ tirritorna fl-aqwa tagħha. It-tmiem se jkollu jistenna, Evra se jerġa’ jirritorna!