Intelliġenza? Tibbrilla jum wara jum, maturità bil-ballun li żdiedet ukoll. Iċ-ċavetta tal-kreazzjoni fit-tim Juventin. Joħloq ħafna, perikoluż il-ħin kollu u ma tistax tafdah.

Beda l-istaġun fuq nota ftit fjakka, diżappuntanti bħall-iskwadra kollha. Stennejna iktar, però mill-gowl tiegħu kontra Torino fid-derby, l-istorja inbidlet kompletament.

Prestazzjoni mill-aqwa, waħda wara l-oħra. Dejjem perikoluż għall-oppożizzjoni u rari jfalli. Jitma’ ħafna lill-attakkant u joħloq mitt elf ċans ta’ skor b’sempliċità bil-ballun. Spiċċa l-istaġun fuq nota tajba, bir-raba’ kampjonat tiegħu u bit-tieni Coppa Italia.

Il-futur ma’ Juventus? Hekk jidher. Se jibqa’ leali lejn il-klabb? Hu biss jaf, però qed japprezza fejn wassluh Juventus u xi plejer sar bis-saħħa tal-klabb minn Turin. Baqagħlu x’joffri u xi jrodd lura. Il-kbir għadu ġej!