Deher li se jkun wieħed mill-flops fit-trasferimenti tas-sajf li għadda. Deher li mhux se jkun effettiv, bla skop u trasferiment moħli. Maqdruh ħafna u emmnu fih ħafna iktar. Dawn tal-aħħar kellhom raġun.

Spikka tul il-maġġoranza tal-istaġun, iddiżappunta xi ftit però mhux daqs kemm ħafna bassru li se jagħmel. Kien kruċjali ħafna, jilgħab b’mod sempliċi u jaħdem fis-skiet tul id-90 minuta.

Skurja gowls importanti ħafna u li ħadd ma stenna li jiskurja. Minn ma’ Real Madrid reġa’ qam mir-raqda u rritorna fl-azzjoni. Kemm se tkun faċli biex jilgħab staġun ieħor? Ħadd għadu ma jaf. Però żgur mhux forsi li l-Juventini issa jemmnu fih.

Ġermaniż kbir, umli, sempliċi u li daħal tajjeb fis-sistema ta’ Allegri. Ma nistennew xejn ikbar mingħandu iżda li jagħmel, jagħmlu sewwa.