Gowl ta’ Gareth Bale fl-10 minuta, u ieħor ta’ Hal Robson-Kanu fil-81 minuta kienu biżżejjed biex Wales jegħlbu s-Slovakkja li momentanjament kienu ġabu d-draw fil-61 minuta minn Ondrej Duda.
– Wales saru l-ewwel tim nazzjonali Brittaniku li jirbħu l-ewwel logħba tagħhom f’edizzjoni tal-EURO. L-Ingilterra (8 darbiet) u l-Iskozja (darbtejn) dejjem fallew.
– Il-gowl ta’ Hal Robson-Kanu kien l-ewwel gowl kompetittiv skurjat għal Wales minn plejer li mhux Bale jew Ramsey sa minn Ottubru 2014.
– Aaron Ramsey kien involut fi 3 gowls fl-aħħar 3 logħbiet għal Wales (2 gowls u assist).
– Il-gowl ta’ Ondrej Duda wara 52 sekonda mid-dħul tiegħu bħala sostitut hu l-iktar gowl veloċi fl-EURO sa minn dak skurjat mis-sostitut Valeron fit-12 ta’ Ġunju 2004 kontra r-Russja.
– Il-gowl ta’ Gareth Bale hu l-ewwel wieħed skurjat minn freekick dirett minn plejer Brittaniku fil-fażi finali tal-Kampjonati Ewropej.
– L-ewwel gowl li qatt skurja Gareth Bale għal Wales, f’Ottubru 2006 kontra s-Slovakkja, ukoll kien minn freekick dirett.
Ħalli Kumment