Għalkemm fil-bidu dehret xi ħaġa impossibbli, it-Taljani fl-aħħar jiem ikkwalifikaw mill-grupp tagħhom u wkoll rebħu l-grupp.

Iżda x’jieħdu jekk jaslu sal-finali u jirbħu t-turnew? Skont ġurnali fl-Italja, kull plejer għandu jistennewh €270,000 jekk fl-10 ta’ Lulju jgħollu t-trofew bi qbil bejn l-FIGC u l-plejers.

Dan ifisser li jekk it-Taljani jgħaddu għall-kwarti tal-finali jirċievu €25,000 kull wieħed, €30,000 jekk jirbħu l-kwarti tal-finali u €50,000 jekk jaslu sal-finali. Jekk jirbħu l-finali jieħdu €155,000 oħra kull wieħed.

Rebħa tal-EURO 2016 għall-Italja tfisser €27 miljun għall-Federazzjoni.

Sors: Corriere della Sera

dical-banner-1200×280