Wara li d-difensur Marokkin, Medhi Benatia, naqas li jibbrilla u li jikseb post regolari fl-iskwadra ta’ Guardiola, jidher li wasal iż-żmien li jbiddel l-iskwadra. Bid-direzzjoni li jmiss tidher li se tkun Turin, ma’ Juventus.

Jingħaqad b’self, b’deċiżjoni ta’Juventus jixtruhx sena wara jew le. Però kemm hu fattibbli u pożittiv dan it-trasferiment jekk darba vera jseħħ? B’Barzagli, Bonucci u Chiellini, li bħalissa huma l-aqwa difiża fl-Ewropa, Benatia x’ċans ta’ logħob għandu ma’ Juventus? B’Daniele Rugani jidher ukoll li se jikseb post regolari daqt fil-futur qrib.

Benatia lest li jkun bħal ma kien ma’ Bayern München, sostitut? Jew Juventus se jakkwistawh biex ikollhom skwadra oħra għall-Ewropa?