Wara r-riżenja ta’ Antonio Conte minn kowċ ta’ Juventus, ħadd ma basar li ħa jiġi floku Max Allegri. Ħafna nies kienu xettiċi b’dan l-akkwist tal-kowċ (fosthom jien) imma issa nistgħu ngħidu li ma nimmaġinawx il-bank ta’ Juventus mingħajr Allegri, anki wara li dan irnexxielu jikser rekord tal-iktar kowċ li rebaħ logħob mal-Juventus.

U mhux biss. Allegri rebaħ ukoll żewġ doppjetti domestiċi u tazza ta’ Super Cup fl-ewwel sentejn tiegħu ma’ Juventus. Madankollu l-iktar ħaġa li ġabet suċċess magħha hija li fl-ewwel sena tiegħu, Juventus kienu waslu fil-finali taċ-Champions League kontra Barcelona, mitluf bl-iskor ta 3-1. Sentejn biss wara, Juventus se jkunu qed jerġgħu jilagħbu fil-finali, din id-darba ġewwa Cardiff.

Riżultati tajbin ħafna li jibqgħu jgħollu lil Juventus mal-aqwa (jekk mhux huma l-attwalment l-aqwa fl-Ewropa). Fit-3 ta’ Ġunju kulħadd ħerqan biex naraw fejn kapaċi naslu, u nemmen li jiġri x’jiġri, għandha tkun żvolta fit-tajjeb għal dan it-tim preżenti.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280