Hekk kif issa għaddiet ġimgħa oħra, kulħadd qed jistenna bi ħġaru t-tiġdid tal-kuntratt tal-benjamin Juventin Paulo Dybala. Madankollu, dan il-kuntratt għadu ma giex iffirmat u qed iqanqal ħafna dubji fost ħafna partitarji Juventini u anke ċertu ġurnali qed jistaqsu u jqanqlu dawn il-ħsibijiet morri.
Mhix ħaġa ġdida li Dybala qed jiġi segwit minn ħafna timijiet barra mill-Italja fosthom Barcelona u Real Madrid li b’saħħithom wisq li joffru kemm jifilħu għalih. Imma ma nistgħux neskludu li Dybala huwa maħbub wisq mill-partitarji Juventini u anke fid-dressing room, Dybala huwa wieħed mill-iktar maħbubin.
Dybala se jkun qed jilgħab ma’ Juventus is-sena d-dieħla? Jew se jkun qed jilgħab ma’ qawwa oħra fi Spanja?
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






