Rapporti fi Spanja jindikaw li Juventus għamlu offerta lil Real Madrid bl-għan li jakkwistaw lil James Rodriguez.

Mindu kien akkwistat għal €80 miljun, Rodriguez affronta sitwazzjoni diffiċli. L-ewwel ma’ Benitez u issa ma’ Zidane, Rodriguez ftit li xejn qed jilgħab.

Madankollu, għal Rodriguez hemm l-interess ta’ klabbs oħra, fosthom Barcelona. Iżda għal dawn tal-aħħar, il-klawżola reċissorja titla’ għal €500 miljun.

Sors: Ok Diario

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280