Id-difensur ta’ 23 sena Andrea Conti, plejer ta’ Atalanta u t-tim nazzjonali tal-Italja fil-kategorija ta’ taħt il-21 sena, qed jinteressa lill-klabbs ewlenin fl-Italja.

Juventus, Napoli u Milan qed isegwu b’interess lil dan il-plejer iżda jirriżulta li Conti hu partitarju ta’ Juventus sa mindu kien għadu tifel żgħir.

Hu għalhekk li r-rapporti jindikaw li l-ħolma tiegħu hi propju li jingħaqad mal-iskwadra ta’ qalbu. Issa jiddependi minn Juventus, u jekk Marotta jressaqx offerta konkreta lil Atalanta.

Sors: Eurosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280