Lazio qed jagħmlu minn kollox biex jippruvaw jikkonvinċu lil Keita Baldé jibqa’ magħhom.

L-attakkant mis-Senegal għandu kuntratt li jiskadi f’Ġunju 2018, iżda jidher li d-diskussjonijiet biex iġedded mhux iwasslu għal riżultati konkreti.

Fl-aħħar jiem kienu ppubblikati rapporti li jindikaw li Juventus għamlu passi ta’ ġgant biex jakkwistaw lill-plejer. Madankollu, hemm interess ukoll minn klabbs oħra, fosthom Seville.

Sors: Alfredo Pedullà

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280