Il-Gazzetta Taljana Il Corriere dello Sport irrappurtat li Beppe Marotta u Fabio Paratici se jkunu qegħdin il-Ġermanja biex jiltaqgħu mad-diriġenti ta’ Bayern München biex jiddiskutu rigward il-possibbiltà tat-trasferiment ta’ Douglas Costa.
Il-midfielder Brażiljan ta’ 26 sena f’dan l-istaġun ftit li xejn kellu ċans biex jilgħab mal-Ġermaniżi u b’hekk id-diriġenti ta’ Juventus esprimew l-interess biex jakkwistaw lil dan il-plejer.
Sors: Il Corriere dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






