Diriġenti ta’ Juventus u oħrajn ta’ Pescara qed jiltaqgħu dwar numru ta’ trasferimenti li jistgħu jseħħu bejn iż-żewġ partijiet.

Fil-lukanda ta’ Ruma fejn hemm l-iskwadra ta’ Juventus, hemm ukoll Fabio Paratici li ltaqa’ mal-President ta’ Pescara Sebastiani, id-Direttur Sportiv Leone u Simone Pepe.

L-interess prinċipali ta’ Juventus hu Mamadou Coulibaly, midfielder li twieled fl-1999 u li ddebutta fis-Serie A. Madankollu mhux magħruf jekk dan hux se jingħaqad ma’ Juventus, hux se jilgħab fil-Primavera jew jitħalla ma’ Pescara biex jilgħab fis-Serie B.

Pescara huma interessati wkoll f’Riccardo Orsolini u Andrea Favilli, protagonisti fis-Serie B ma’ Ascoli. Pescara jridu lil dawn il-plejers iżda din mhix se tkun faċli, speċjalment fir-rigward ta’ Favilli, għaliex Ascoli jridu jakkwistawh mingħand Livorno, sidien tal-plejer, biex imbagħad jbiegħuh lil Juventus.

Wara li Juventus jakkwistawh, hemm Atalanta, Hellas Verona u Spal li huma interessati fih.

Sors: Gianluca Di Marzio

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280