Federico Bernardeschi jista’ jħalli lil Fiorentina hekk kif il-plejer qed jagħmel talba li l-klabb mhux lest jaċċetta biex iġedded il-kuntratt tiegħu.
Il-plejer irid kuntratt ta’ ħames snin b’paga ta’ €2.5 miljun. Jirriżulta għalhekk li kemm Inter kif ukoll Juventus qed isegwu mill-qrib u saħansitra kien hemm xi taħditiet mal-aġenti tal-plejer.
Madankollu, wieħed irid jikkunsidra li Juventus iridu jagħmlu offerta determinata biex Fiorentina jħallu lill-plejer jitlaq. Jidher li t-talba hi ta’ €50 miljun,
Barra mill-Italja hemm ukoll l-interess ta’ Manchester United u Chelsea.
Sors: Tuttomercatoweb
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






