Juventus aktarx li se jħallsu iżjed mill-prezz tal-klawżola reċissorja għall-attakkant Patrik Schick.

Dan hekk kif Juventus mistennija jħallsu madwar €30 miljun. Dan biex ikunu jistgħu jħallsu l-prezz fuq ammont ta’ snin, minflok joħorġu ċifra f’daqqa. Fil-fatt l-akkwist aktarx se jkun b’self, u b’obbligu li jiġi riskattat.

Hu fatt magħruf li bejn Juventus u Sanpdoria teżisti relazzjoni mill-aqwa. Fl-aħħar jiem kienu offruti wkoll numru ta’ plejers, aktarx b’self u bi dritt ta’ riskatt, mingħand Juventus għal Sampdoria.

Sors: Sky Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280