Juventus qed jaħsbu li joffru lill-midfielder Mario Lemina lil Seville bħala parti mill-offerta tagħhom għal Steven N’Zonzi.
Bil-plejer mill-Gabon li jrid iħalli lil Juventus biex jilgħab iżjed b’mod regolari, Juventus qed jikkunsidraw li joffruh flimkien ma’ somma flus biex b’hekk inaqqsu l-ammont fi flus kontanti li jridu joħorġu għal dan it-trasferiment.
Mhux magħruf jekk Seville hux se jaċċettaw dan il-bdil jew inkella jinsistux li jirċievu biss flus. Il-klabb Spanjol jivvaluta lil N’Zonzi għal €40 miljun waqt li Juventus iridu €20 miljun għal Lemina.
Sors: TuttoJuve
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






