L-eks aġent ta’ Gianluigi Donnarumma żvela li l-aġir tal-goalkeeper żagħżugħ ma jissorprendihx għax fil-passat diġà wera nuqqas ta’ professjonalità.

“Darba rajt lil dan it-tifel jilqa’ l-blalen u mill-ewwel ċempilt lil Ausilio ta’ Inter. Għal tliet snin u nofs, sal-2013, bdiet relazzjoni importanti ma’ Inter u saħansitra ħa sehem f’xi provi. Fl-aħħar ilħaqna ftehim, bil-ġenituri tiegħu u l-plejer preżenti. L-għada, mingħajr avviż u mingħajr korrettezza, laħqu ftehim ma’ Milan,” iddikjara Giocondo Martorelli.

Kompla li l-aħbar tal-bieraħ, li Donnarumma mhux se jġedded ma’ Milan, xejn ma ssorprendietu għaliex hemm preċedenti.

Sors: TMW Radio

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280