Skont il-ġurnal Portugiż A Bola, l-attakkant Cristiano Ronaldo jinsab diżappuntat immens wara akkużi li ffroda miljuni f’taxxa lill-awtoritajiet Spanjoli.
“Ronaldo jemmen li hu onest u li għamel dak kollu li suppost. Fid-dawl ta’ dan, l-akkużi fil-konfront tiegħu ddiżappuntawh tant li jrid jitlaq minn Spanja,” iddikjara sors qrib il-plejer.
Minkejja li l-plejer sab appoġġ minn Real Madrid, li ħarġu stqarrija jiddefenduh, jingħad li l-akkużi fil-konfront tiegħu ħallewh dispjaċut immens u rrabjat tant li jrid iħalli l-pajjiż.
Cristiano Ronaldo għandu klawżola ta’ €1 biljun biex awtomatikament iħalli lil Real Madrid.
Sors: A Bola
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






