Wara li l-goalkeeper Gianluigi Donnarumma ddikjara li mhux se jġedded il-kuntratt ma’ A.C. Milan, id-Direttur Ġenerali ta’ Juventus Beppe Marotta esprima l-interess ta’ Juventus fih.

“M’għandniex x’naqsmu mad-deċiżjoni ta’ Donnarumma li ma jġeddidx il-kuntratt, madankollu hu ċar li għandna dritt li neżaminaw l-opportunitajiet kollha: meta jkollok plejer fis-suq, għandna dover li nippruvaw,” stqarr Marotta.

Mistoqsi jekk Donnarumma hux top player, Marotta qal li “il-plejer hu talent. Imbagħad għandna niddistingwu bejn talent u champion.”

Sadattant id-diriġenza ta’ Milan iddikjarat li l-plejer mhux għall-bejgħ minkejja li l-goalkeeper jintemmlu l-kuntratt fi tmiem l-istaġun.

Sors: Il Corriere dello Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280