Skont Diario Gol, il-winger ta’ 21 sena Marco Asensio jemmen li pprova biżżejjed li hu plejer kapaċi biżżejjed iżda ma lagħabx biżżejjed.

Frott it-tħassib li mhux se jilgħab kemm jixraqlu, jidher li Asensio jista’ jbiddel il-klabb u ma jibqax ma’ Real Madrid. Skont l-istess Diario Gol, Liverpool, Arsenal u Juventus qed juru interess fil-plejer.

Iktar kmieni dan ix-xahar, Daily Star irrappurtaw li Juventus, flimkien ma’ Arsenal u Liverpool, għamlu kuntatt ma’ Real Madrid fejn talbu informazzjoni dwar il-plejer.

Sors: Diario Gol/Daily Star

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280