Stefano Castagna, aġent tal-goalkeeper ta’ Juventus Norberto Neto, matul il-ġurnata kellu laqgħa mad-diriġenza ta’ Milan.

B’Milan li jridu sostitut għal Gianluigi Donarumma, u Neto li jinsab għall-bejgħ għax qed ifittex klabb ġdid fejn jista’ jilgħab iżjed, it-talba ta’ Juventus hi ta’ €10 miljun. Neto qed jitlob paga ta’ €2.5 miljuni fis-sena.

F’kummenti lil Milan News, Castagna ddikjara li matul il-laqgħa kien hemm “taħdita trankwilla.” Madakollu ma weġibx, ħlief “issa naraw,” meta mistoqsi dwar jekk hux possibbli li jintlaħaq ftehim ma’ Juventus u jekk hux se jsiru laqgħat oħra ma’ Milan.

Matul il-ġurnata Milan iltaqgħu wkoll mal-aġent ta’ Mattia Perin, li jiswa €15-il miljun. It-talbiet ta’ Juventus u Genoa huma meqjusa eċċessivi, b’Milan li mistennija jitolbu skont.

Sors: Sportitalia/Milan News

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280