Jidher li kontra dak mistenni, Juventus mhux se jdaħħlu flus għat-trasferiment ta’ Dani Alves lejn Manchester City jew Chelsea.
Dan għaliex fl-aħħar sigħat qed ikun rappurtat li l-plejer u Juventus mistennija jilħqu ftehim għal terminazzjoni konsenswali tal-kuntratt.
Dan billi dawn l-aħħar jiem il-plejer tefa’ numru ta’ botti li jrid iħalli l-klabb, u klabbs barranin li mhux lesti jħallsu wisq għal plejer ta’ 34 sena.
Sors: Gianluca Di Marzio
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






