It-taħditiet bejn Juventus u Moise Kean ikomplu.
Dan wara li missier il-plejer iddikjara li Juventus ma rrispettawx wegħda li għamlulu, dik li jkun megħjun biex imur lura l-Kosta tal-Avorju u jibda negozju tal-kultivazzjoni tal-qamħ u r-ross.
Dwar dan Beppe Marotta qal hekk: “Hu każ simili għal ta’ Donnarumma, għaliex ir-regoli attwali huma penalizzanti għall-klabbs li jridu joħolqu patrimonju mill-akkademji tagħhom. Ninsabu f’fażi konklussiva mal-familja u l-aġent. Ninsab ottimist li kollox ikun konkluż għall-aħjar.”
Juventus jistgħu jitilfu lill-plejer b’xejn jekk ma jġeddidx sa Frar.
Sors: TuttoJuve
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






