Id-difensur Dani Alves, li se jħalli lil Juventus b’xejn, ċaħad li se jħalli lill-klabb minħabba xi problemi li hemm bejnu u d-diriġenza.
“Mhux aġġornat dwar dak li qed jiġri. Kuntrarju għal dak li qed jingħad, se nħalli lil Juventus mingħajr problemi. Kollox kuntrarju għal dak li qed jingħad,” iddikjara Dani Alves.
Kompla li ħalla kollox f’idejn l-aġenti tiegħu, li għandhom jikkuntattjawh ladarba jintlaħaq ftehim biex jiġi xolt il-kuntratt.
Sors: Conversa com Bial
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






