Juventus iridu li d-difensur Alex Sandro jestendi l-kuntratt tiegħu fost interess minn klabbs oħra, b’mod speċjali mill-Ingilterra.
Minbarra l-estensjoni, Juventus qed jaħsbu wkoll li l-plejer jiżdied fil-paga bl-iskop li kemm jista’ jkun jikkonvinċi ruħu li jibqa’ fl-Italja.
Alex Sandro jinteressa lil Chelsea u lil Manchester City. Jingħad li Juventus irrifjutaw offerta ta’ €60 miljun.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






