Antonio Conte u Chelsea huma determinati biex jakkwistaw id-difensur xellugi ta’ Juventus Alex Sandro u jidher li apparti s-somma fenomenali ta’ €70 miljun se jkunu qed joffru wkoll lil César Azpilicueta bħala parti mit-trasferiment.

L-ewwel offerta ta’ Chelsea kienet ta’ €60 miljun iżda jidher li t-tim minn Londra għolla l-offerta għal €70 miljun.

Juventus qed isostnu li mhux se jkunu qed jiddiskutu sakemm ma jitlobx biex jiċċaqlaq Alex Sandro.
Sors: calciomercato.it

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280