Id-difensur Żvizzeru ta’ Juventus Stephan Lichtsteiner se jkun qed jibqa’ ma’ Juventus għal staġun ieħor qabel jiskadilu l-kuntratt u jkun jista’ jissieħeb ma’ tim li jixtieq hu.

Fis-sajf tal-2016 Lichsteiner ġedded il-kuntratt tiegħu b’sena u issa se jiskadi f’Ġunju tal-2018. L-aħbar li Dani Alves kien se jissieħeb ma’ Manchester City kien influwenti fuq il-futur ta’ Lichtsteiner għaliex issa se jkollu iktar ċans biex jilgħab b’mod regolari.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280