Fil-paġna uffiċjali tiegħu fuq Instagram, id-difensur Brażiljan Dani Alves tefa’ messaġġ ta’ ringrazzjament lill-partitarji Juventini fejn sostna li hu jilgħab il-futbol għax verament iħobbu u mhux għall-flus u talab skuża jekk offenda lil xi partitarji Juventini bid-deċiżjoni tiegħu.
Dani Alves u Juventus laħqu ftehim biex jitterminaw il-kuntratt tal-Brażiljan biex issa Alves se jkun qed jerġa’ jaħdem ma’ Pep Guardiola fit-tim ta’ Manchester City.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com







